Aġenzija Żgħażagħ, tirrikonoxxi l-importanza tal-Attiviżmu żagħżugħ f’Malta.
L-Attiviżmu żagħżugħ f’Malta, hija inizjattiva li tappoġġja l-kampanja tal-UE, ‘#standforsomething’, parti mill-kollaborazzjoni u s-sħubija tagħna mal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Karta Żagħżagħ, bħala parti mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.
Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa hija opportunità unika u f’waqtha għaċ-ċittadini Ewropej kollha sabiex jiddibattu dwar l-isfidi u l-prijoritajiet tal-Ewropa. Ma jimpurtax minn fejn int jew dak li tagħmel, dan huwa l-post fejn tista’ tirrifletti dwar x’futur trid għall-Unjoni Ewropea.
Il-forum kien magħmul minn:
Il-forum onlajn li kien ukoll trażmess fuq pjattaformi kollha tal-midja soċjali tal-Aġenzija Żagħżagħ, ta l-ispazju liż-żgħażagħ biex iressqu mistoqsijiet, kwistjonijiet u tħassib li għandhom jiġu indirizzati mill-membri tal-bord.
Ħafna mis-suġġerimenti mressqa żviluppaw f’konversazzjoni interessanti ħafna u bla xkiel, li rriżultat fil-kisba ta’ aktar għarfien iżda aktar minn hekk iż-żgħażagħ kellhom l-opportunita’ li jesprimu l-ħsibijiet tagħhom filwaqt li jaqsmu wkoll modi u mezzi ġodda dwar kif aħna bħala ċittadini ta’ l-UE nistgħu nkunu aktar konxji minn dak li qed jiġri madwarna.
Barra minn hekk, il-konverżazzjoni bejn il-membri tal-forum u l-parteċipanti żgħażagħ wriet li din tista’ twitti triq ‘il quddiem dwar kif l-attiviżmu u li nkunu ċittadini attivi fis-soċjeta’ jipprovdilna l-possibbiltà li jkollna livell ta’ għajxien aħjar.
“Xi kultant huwa importanti li titgħallem tibdel l-approċċ li tieħu biex tesprimi l-opinjoni tiegħek – meta tibdel l-approċċ tiegħek jew twessgħu, is-suċċess għall-kawża tiegħek aktar se jiżdied” – Steve Zammit Lupi
“Irrid ikollok il-ħeġġa għal dak li int passjonat dwaru” – Antonella Bugeja