Scroll Top
Djalogu taż-Żgħażagħ tal-UE
Bħala detentur tal-Karta Żgħażagħ, għandek l-opportunità li tipparteċipa fid-Djalogu taż-Żgħażagħ tal-UE. Dan id-djalogu jippermettilek tinvolvi ruħek fil-politika taż-żgħażagħ u fi proċessi ta’ konsultazzjoni dwar prijoritajiet li huma t’interess għalik.

Id-Djalogu taż-Żgħażagħ tal-UE jibni fuq il-kisbiet ta’ proċessi ta’ djalogu li saru fl-imgħoddi, bil-għan li jinkludi aktar lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u liż-żgħażagħ, speċjalment dawk b’inqas opportunitajiet fil-proċessi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ.

Il-Vuċi Tiegħek!
Id-Djalogu taż-Żgħażagħ tal-UE huwa organizzat f’ċikli ta’ xogħol ta’ tmintax-il xahar. Kull ċiklu jiffoka fuq prijorità tematika differenti (stabbilita mill-Kunsill tal-Ministri taż-Żgħażagħ).

Il-prijorità tematika attwali hija
“Europe for YOUth-YOUth for Europe: Space for Democracy and Participation””.

Iċ-ċiklu attwali jibda minn Lulju 2020 sa Ġunju 2021 matul il-Presidenza Ġermaniża, Portugiża u Slovena tal-UE.

Għal aktar informazzjoni ikkuntattjana fuq 2258 6700 jew ibgħat imejl fuq AGENZIJA.ZGHAZAGH@GOV.MT