Dan il-programm se jipprovdi żagħżagħ ta’ 18-il sena b’interrail passes b’xejn bit-tama li l-ivvjaġġar trans-konfinali jrawwem unita’ interkulturali akbar madwar l-pajjiżi.
Billjetti huma allokati lill-istati membri abbażi tad-daqs tal-popolazzjoni u jistgħu jiġu applikati għal dawk li riċentament għalqu it-18-il sena.
iċ-ċifra ta’ 60,000 hija d-doppju ta’ kemm tkun is-soltu, minħabba l-fatt li cittadini tal-UE li għalqu t-tmintax-il sena fl-2020 jistgħu japplikaw, kif ukoll dawk li se jghalqu it-tmintax-il sena fl-2021. Dan il-programm se jiftaħ l-applikazzjonijiet tiegħu f’Ottubru, bil-parteċipanti magħżula se jkunu jistgħu jivvjaġġaw bejn Marzu 2022 u Marzu 2023 fuq perjodu ta’ 30 jum. Minħabba ċerta implikazzjonijiet b’riżultat tal-pandemija kurrenti, l-vjaġġaturi kollha se jiġu offruti prenotazzjonijiet aktar flessibli u livell t’assikurazzjoni interrott.
Mill-2022, DiscoverEU ser ikun qiegħed jiġi ffinanzjat taħt ERASMUS+; programm edukattiv li jippermetti liż-żagħżagħ jistudjaw barra l-pajjiż t’oriġini, li jfisser li ċittadini barra mill-EU ser jingħatawlhom ċ-ċcans li jibbenefikaw minn din l-iskema. L-integrazzjoni f’ERASMUS+ tfisser ukoll li DiscoverEU hija meħtieġa aktar tadotta approċċ ta’ tagħlim aktar strutturat.