L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Karta Żgħażagħ (EYCA) stiednet lill-Bord taż-Żgħażagħ fi ħdan EYCA biex jipparteċipaw f’kors ta’ taħriġ onlajn fuq tlett ijiem. Il-Parteċipanti ngħataw dokument minn qabel, bl-informazzjoni rilevanti kollha rigward l-programm, l-għanjiet tat-taħriġ u għodod diġitali li aħna, l-Bord taż-żgħażagħ fi ħdan l-EYCA, se nkunu qegħdin nutilizzaw.
L-ewwel kors ta ‘taħriġ onlajn immexxi minn koordinatur professjonali, kien jinvolvi 11-il żgħażugħ/a minn madwar l-Ewropa.
Il-laqgħa tat bidu għal round robin, sabiex nkunu nistgħu niffamiljarizzaw lilna nfusna u nitkellmu dwar dak l-oġġett partikolari li kien qed jgħinnna nkampaw matul dawn iż-żminijiet partikolari. Jien iddeċidejt li nitkellem dwar l-headphones tiegħi għal diversi raġunijiet!
Permezz tal-mużika, jirnexxieli nwaqqaf għal ftit ħin dak li jkun qed jiġri madwari, nsib l-paċi fil-mużika li nkun qed nisma’ filwaqt li nieħu pjaċir bil-kumpanija tiegħi stess, li tipprovdili aktar kumdita u stabilita. Barra minn hekk, l-headphones jippermettuli nżomm kuntatt mal-gheżież tiegħi, kif ukoll ma’ oħrajn bħal fil-każ ta’ dan it-taħriġ onlajn.
Dan it-taħriġ onljan għen lilna, l-Bord taż-żgħażagħ fi ħdan l-EYCA, biex nesploraw u niddiskutu approċċi differenti li jistgħu jkunu effettivi ħafna jekk jiġu addotatti mill-Bord, bħalma hu l-approċċ kollaborattiv, dak inklussiv u l-approċċ iffukat fuq min qed jirċievi t-tagħlim.
L-onesta’ hija ċ-ċavetta ta’ kollox’ u propju din hija r-regola fundamentali li aħna, bħala Bord taż-Żgħażagħ fi ħdan l-EYCA, nemmnu bis-sħiħ fiha u li għandha tkun l-motivazzjoni prinċipali tagħna sabiex nindirizzaw u naħdmu fuq kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu magħna ż-żhħażagħ.
Id-Direttur tal-EYCA Mr Manel Sanchez sostna li bħala żgħażagħ fi ħdan dan l-Bord, għandna nkunu l-forza ewlenija tal-vuċi taż-żgħażagħ sabiex jkunu jistgħu jiġu mismugħa minn dawk li jfasslu l-politika. Inkoraġġanti kien l-fatt li stajna nisimgħu l-esperjenzi ta’ żgħażagħ oħra li kienu fil-bord preċedenti; għaldaqstant aħna bħala bord ġdid se nkunu nistgħu nkomplu naħdmu fuq dak li ħallew ta’ qabilna u niżvillupaw aktar l-ideat tagħna b’rabta mal-bżonnijiet taż-żgħażagħ.
Fl-opinjoni tiegħi, li nkun flessibli u kapaċi naddatta se jippermettili nkun membru effetiv filwaqt li nkun nista’ nħaddan bis-sħiħ din l-esperjenza ta’ tagħlim; esperjenza ġdida li diġa’ tatni togħma ta’ realtajiet differenti li żgħażagħ f’pajjiżi oħra Ewropej jgħixu kif ukoll aktar tagħrif dwar kif jopera dan l-bord!
Il-viżjoni tagħna bħala l-Bord taż-Żgħażagħ fi ħdan l-EYCA hija li ż-żagħżagħ kollha għandu jkollhom l-possibilita’ li jimpenjaw ruħhom f’opportunitajiet ta’ mobilita’ fit-tagħlim li jgħinhom jikbru f’ċittadini attivi.