L-Aġenzija Żgħażagħ tipprovdi liż-żgħażagħ il-ħin u l-ispazju biex jagħmlu ħbieb, jitgħallmu abilitajiet ġodda u jiżviluppaw it-talenti tagħhom permezz tas-servizzi reġjonali għaż-żgħażagħ u l-programmi estensivi.


Permezz tal-Eurodesk, il-Karta Żgħażagħ u l-parteċipazzjoni tagħna fi programmi tal-UE, iż-żgħażagħ jingħataw l-opportunità li jesploraw il-ħajja, it-tagħlim u x-xogħol fl-Ewropa kollha.
Numru ta’ detenturi tal-Karta Żgħażagħ rreġistrati fi ħdan l-EYCA
Numru ta’ sponsors f’Malta u Għawdex rreġistrati fi ħdan l-EYCA
Numru ta’ skontijiet f’Malta u f’Għawdex pprovduti mill-isponsors
Numru totali ta’ skontijiet fi ħdan in-netwerk tal-EYCA

L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Karta Żgħażagħ (l-EYCA) hija assoċjazzjoni mhux-governattiva, bla skop ta’ qligħ, rappreżentata f’36 pajjiż madwar l-Ewropa, bil-għan ewlieni tagħha jkun dak li tippromwovi l-mobilità taż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza attiva fost iż-żgħażagħ Ewropej. Dan kollu jista’ jitwettaq u jinkiseb permezz tal-missjoni tal-EYCA, dik li tippromwovi u twassal servizzi eċċellenti tal-Karta Ewropea taż-Żgħażagħ filwaqt li tikkontribwixxi għal politika aħjar taż-żgħażagħ.
Wieħed mill-aspetti fundamentali tal-Assoċjazzjoni huwa l-promozzjoni tal-Karta Ewropea taż-Żgħażagħ fil-pajjiżi/territorji kollha tal-UE fejn hija rappreżentata. L-għan ewlieni tagħhom huwa l-iżvilupp kontinwu tal-Karta Żgħażagħ, li tagħti aċċess lil aktar minn sitt miljun detentur tal-Karta Żgħażagħ għal għadd ta’ skontijiet u opportunitajiet fl-oqsma tal-mobilità, l-akkomodazzjoni, il-kultura, is-servizzi u d-divertiment.
Ċittadinanza attiva u parteċipazzjoni politika
Rikonoxximent ta’ programmi li jinkoraġġixxu stili ta’ ħajja pożittiva
Volontarjat u impenn fil-komunità
Appoġġ għall-mobilità inklużiva taż-żgħażagħ, immirat speċjalment għal żgħażagħ b’diżabilità u li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati