Scroll Top
Il-Karta Żgħażagħ
Esplora l-Karta Żgħażagħ f'Malta 
Il-Karta Żgħażagħ

L-Aġenzija Żgħażagħ issieħbet mal- Assoċjazzjoni Ewropea tal-Karta Żgħażagħ biex tappoġġja aktar żgħażagħ biex ikunu soċjalment, kulturalment, b’mod edukattiv u ekonomikament mobbli.

Il-Karta Żgħażagħ tintitola lid-detenturi għal bosta skontijiet fuq l-ivvjaġġar, il-kultura, l-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni, is-servizzi u l-prodotti f’36 pajjiż madwar l-Ewropa.

Barra minn hekk, is-36 pajjiż kollha jiżviluppaw u jipprovdu programmi u opportunitajiet fl-oqsma tal- volontarjat, tagħlim, impjiegi, l-intraprenditorija u ħafna affarijiet oħra.

Kif tikseb il-Karta Zgħażagħ

M’għandekx għalfejn tkun student biex tikseb il-Karta Żgħażagħ. Hija disponibbli għaż-żgħażagħ kollha bejn it-13 u t-30 sena. Il-Karta Żgħażagħ f’Malta tingħata b’xejn.

Biex tapplika għall- Karta Żgħażagħ tista’:

Il-Kard se titlesta fi żmien tlett ijiem minn meta tiġi sottomessa l-applikazzjoni tieghek u tintbagħat permezz tal-posta tal-gvern fl-indirizz indikat fuq il-formola. Jekk trid tiġi tiġbor il-kard mill-uffiċċju ta’ Aġenzija Żgħażagħ ġewwa Santa Venera, inti ġentilment mitlub tikkuntattjana fuq 22586700. F’każ li l-kard ma tasalx, wieħed għandu ġentilment jikkuntattja l-uffiċċju ta’ Aġenzija Żgħażagħ fuq 22586700.