Stejjer miż-żgħażagħ matul il-perjodu tal-coronavirus
Opportunita' għaż-żgħażagħ sabiex jaqsmu l-istejjer tagħhom, riflessjonijiet u rakkomandazzjonijiet matul dan il-perjodu partikolari

Is-servizz ta ’informazzjoni għaż-żgħażagħ YIOSS, fi ħdan l-Aġenzija Żgħażagħ ħoloq pjattaforma għaż-żgħażagħ bil-għan li jaqsmu l-istejjer tagħhom ta’ kif il-pandemija Covid-19 qed tħalli impatt fuq ħajjithom. Dawn l-istejjer jirriflettu r-reżiljenza taż-żgħażagħ kif ukoll l-importanza tagħhom f’dawn iċ-ċirkostanzi. Il-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ: Lejn l-2020 tesiġi li l-Aġenzija Żgħażagħ timplimenta pjan ta ‘azzjoni biex tqajjem kuxjenza, tisma’ u tkun l-vuċi taż-żgħażagħ. B’hekk bis-saħħa ta dan il-proġett , l-Aġenzija Żgħażagħ uriet biċ-ċar li qiegħda taħdem qatigħ sabiex ssaħħaħ l-għarfien soċjali taż-żgħażagħ biex ikunu jistgħu ssemmgħu leħinhom dwar kwistjonijiet li jolqtu lil ħajjithom.

Il-proġett ” Stejjer miż-żgħażagħ matul l-perjodu tal-Coronavirus ” kien immirat għal żgħażagħ ta’ bejn it-13 u t-30 sena madwar Malta u Għawdex, bil-għan li jispira żgħażagħ oħra u l-komunità usa’ , sabiex jaqsmu l-istejjer tagħhom, li eventwalment se jiġu esebiti fil-kollezzjoni ‘Memorja’ fi ħdan l-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta.
Aqra l-istejjer sottomessii!!

Leave a comment