Scroll Top
EYCA tniedi kampanja mmexxija miż-żgħażagħ biex tippromwovi parteċipazzjoni fil-konferenza rigward l-futur tal-ewropa
#STANDFORCAMPAIGN!

Il-Kampanja  #STANDFORSOMETHING  ġiet mnedija uffiċjalment fis-6 ta’ Mejju 2021, bl-ikop li tħeġġeġ aktar żgħażagħ jinvolvu u jimpenjaw rwieħhom fil-Konferenza rigward l-Futur tal-Ewropa. Din l-inizzjativa hija ffinanzjata mill-Parlament Ewropew u implimentata bi sħubija mal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Karta Żgħażagħ u l-membri tagħha, li tilqa’ madwar 7 miljun detentur tal-kard madwar l-Ewropa.

L-EYCA tikkontribwixxi direttament għall-parteċipazzjoni ċivika taż-żgħażagħ fl-akbar eżercizzju demokratiku fil-livell Ewropew, filwaqt li tiżgura li l-vuċi taż-żgħażagħ tiġi mismugħa fil-livelli tal-politika kollha.

Bħala parti mill-Konferenza rigwar l-Futur tal-Ewropa, #STANDFORSOMETHING ssejjaħ liż-żgħażagħ biex jiehdu azzjoni u jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar l-kwistjonijiet li huma importanti għalihom.

Minbarra li jikkontribwixxu fil-pjattaformi uffiċjali tal-Konferenza, żgħażagħ Ewropej jistgħu jiehdu sehem fil-konverżazzjoni li tkun qiegħda sseħħ fuq l-paġna ta’ Facebook We #STANDFORSOMETHING Conversations u jkollhom l-opportunita li jattendu fid-diversi avvenimenti li jkunu ppjanati madwar l-Ewropa.

Din l-inizzjattiva toffri l-qafas neċessarju fejn jistgħu jiġu organiżżati seminars għaż-żgħażagħ, workshops, dibattiti u attivitajiet oħra, li se jib

Edizzjoni speċjali tal-Karta Żgħażagħ se tiġi offruta liż-żgħażagħ, bil-għan li tinfurmahom dwar l-Konferenza rigward l-Futur tal-Ewropa.

Biex żżomm ruħek aġġornat bl-aħħar informazzjoni, inklużi attivitajiet, dibattiti, kompetizzjonijiet, riglai u aktar, segwi l-mezzi soċjali tal-kampanja:  @standforsomething.eu

Fit-tmun tal-kampanja  #STANDFORSOMETHING, hemm 21 Attivist Żgħażugħ minn sittax-il Stat Membru tal-UE, ħerqana li jinvolvu żaħżagħ Ewropej f’konverżazzjonijiet u dibattiti rigward il-Futur tal-Ewropa. 

 Antonella Bugeja, ġiet magħżula biex tkun attivista taż-żgħażagħ (tirrapreżenta lil Malta b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ) flimkien ma’ 21 attivist żagħżugħ/a ieħor/oħra. Hi se tkun parti mill-kampanja mmexxija miż-żgħażagħ fi ħdan l-EYCA ffinanzjatha mill-Parlament Ewropew; li għandu l-għan li jagħti setgħa liċ-ċittadini żagħażagħ u jqajjem kuxjenza dwar dawk l-kwistjonijiet li l-aktar jinkwetaw liż-żagħżagħ, marbuta mal-proċess tal-Konferenza rigward l-Futur tal-Ewropa.

“I’m honoured to have been chosen to lead a year-long campaign as the Youth Activist Representative of Malta in The Conference of the Future of the EU, in which I will be holding youth events and gathering opinions on different topics from other young people in Malta. Through gathering such information and opinions, I will then be able to discuss these with politicians on a national and international level so that together we can all make a positive change!”

Għal akatr informazzjoni rigward il-proġett, l-imsieħba u kollaboraturi fil-proċess ta’ implimentazzjoni u l-attivisti żagħżagħ, ġentilment mitlub/a żżur l-websajt www.istandfor.eu.

Leave a comment