Scroll Top
kun af aktar dwar il-membru maltija ġdida fi ħdan l-bord taż-żgħażagħ tal-eyca
Prosit Danelle sciberras!!

Prosit lil Danelle li rnexxilha tkun parti mill-Bord taż-Żgħażagħ fi ħdan l-EYCA!

Bħala membru tal-Bord taż-Żgħażagħ tal-EYCA, Danelle se tintalab tipprovdi għarfien dwar l-isfidi, l-esperjenzi u l-prijoritajiet taż-żgħażagħ Ewropej illum il-ġurnata.  Hi se tkun ukoll l-Ambaxxatriċi ewlenija tal-Karta Żgħażagħ, bl-irwol tagħha jkun li tippromwovi programmi u opportunitajiet mmirati għaż-żgħażagħ.

Kummenti ta' Danelle

Irrid li l-vuċi tiegħi tinstema’ u tkun tista’ ġġib bidliet pożittivi. Irrid nkun ċittadina attiva sabiex inkun nista’ nappoġġja u noħloq opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa. Bħalissa qiegħda nagħti servizz a bażi volontarja f’żona rurali fir-Rumanija u l-proġett li qiegħda naħdem fuqu jiffoka dwar l-kultura lokali u l- użu ta’ attivatijiet non-formali fl-iskejjel, fil-komunita u onlajn sabiex żgħażagħ jiġu mgħarrfa dwar l-kultura tagħhom.
Ma għandhiex aspettativi kbar pero nixtieq li nkun nista’ nagħmel differenza fil-ħajja ta’ kull żagħżugħ/żagħżugħa, f’Malta kif ukoll f’pajjiżi oħra. Se nkun qiegħda nagħmel l-almu tiegħi sabiex nkun miftuħa għall-opportunitajiet ġodda, li jgħinu liż-żgħażagħ jikbru, ttejbu l-prattiċi fix-xogħol marbut maż-żgħażagħ u jiksbu potenzjal sabiex jkunu jistgħu jirrappreżentaw l-opinjonijiet ta’ żgħażagħ oħra bħalhom.   Inħossni veramanet eċitata u nħares ‘l quddiem sabiex nkun parti minn dan l-vjaġġ tant sabiħ!

L-Bord taż-Żgħażagħ fi ħdan l-EYCA gie maħluq permezz ta’ proposta ssuġġeritha minn grupp ta’ detenturi tal-Karta Żgħażagħ li attendew l-Konferenza tal-EYCA f’Belgrade fl-2017.

Dan l-Bord se jaħdem sabiex joffri l-għarfien neċessarju lill-Bord tal-EYCA fir-rigward ta’ sfidi li jaffaċjaw iż-żgħażagħ u dawn se jkunu qegħdin jiġu offruti sapport mil-EYCA stess sabiex ikunu jistgħu jiddefendu dawk l-kwistjonijiet l-aktar għal qalbhom.

Leave a comment