Aġenzija Żgħażagħ waqqfet sensiela t’ avvenimenti onlajn sabiex tiċċelebra l-Jum Dinji għad-Diversità Kulturali għad-Djalogu u l-Iżvilupp.
L-għan tal-inizjattiva kien li jitwaqqaf spazju għal djalogu bejn l-organizzazzjonijiet lokali taż-żgħażagħ u l-komunitajiet barranin differenti li jgħixu f’Malta, fi sforz konġunt biex jitnaqqas id-distakk, u tiġi ffaċilitata l-koeżjoni soċjali permezz tad-djalogu.
In-Nazzjonijiet Uniti tiddikjara li 75% tal-kunflitti maġġuri fid-dinja għandhom dimensjoni kulturali u għalhekk tinsisti li l-għaqda bejn kulturi diversi hija waħda ta’ urġenza u neċessarja għal paċi, stabilita u żvillupp. Li wieħed jirrikonoxxi d-diversita fil-kulturi u jkollu ċ-ċans u l-opportunita’ li jsemma leħnu/leħinha dwarha hija pass importanti sabiex jiġi kkreat djalogu. Djalogu interkulturali huwa proċess li jinvolvi skambju miftuħ u rispettat bejn individwi u gruppi bi sfondi kulturali diversi. Dan jgħin sabiex jitrawwem ftehim reċiproku tal-attitudnijiet, is-sistemi tal-valuri, l-imġieba u l-opinjonijiet ta ‘ dawk involuti fid-djalogu.
Il-Ġimgħa Interkulturali maħluqa minn Aġenzija Żgħażagħ li saret onlajn permezz tal-paġna ta ’Facebook Aġenzija Żgħażagħ bejn it-8 u l-15 ta’ Ġunju 2020, ma kintix l-ewwel inizjattiva ta’ din l-aġenzija li tiċċelebra l-Jum Dinji għad-Diversità Kulturali għad-Djalogu u l-Iżvilupp. Issegwi avvenimenti preċedenti, inkluż l-avveniment Interkulturali tas-sena l-oħra li sar fil-Villaġġ taż-Żgħażagħ f’Santa Venera bħala parti mill-proġett Polifest..