kampanja onlajn rigward id-drittijiet tal-bniedem
kampanja maħluqa minn aġenzija żgħażagħ sabiex jiġu rrikonoxxuti d-drittjiet tal-bniedem 

Id-distakk bejn dak li hu u dak li għandu jkun huwa akbar milli kien maħsub qabel. Id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR) hija dokument importanti li jsostni li kull bniedem jitwieled bi 30 drittijiet differenti.

Imma dawn it-30 drittijiet huma f’posthom u pprattikati jew huma biss numru, wisq jew ftit?

 

Aġenzija Żgħażagħ tagħraf u tiżgura li d-drittijiet tal-bniedem jiġu adottati u ppratikati  matul il-missjoni tagħha; għalhekk l-ħsieb tagħha wara l-approvazzjoni tal-idea li tliet  żgħażagħ jfittxu opportunitajiet u modi dwar kif jiżviluppaw kampanja onlajn rigward id-Drittijiet tal-Bniedem.

Il-kampanja dehret fuq il-midja soċjali tal-Aġenzija Żgħażagħ, filwaqt li ħaddiema li jaħdmu maż-żgħażagħ għamlu użu minn diversi riżorsi fi ħdan l-youth cafes tal-Aġenzija Żgħażagħ, sabiex jappoġġjaw ċerta attivitajiet li ma kienux onlajn, relevanti għal din l-inizjattiva. Il-Kampanja involviet il-parteċipazzjoni  mhux biss tal-ambaxxaturi taż-żgħażagħ iżda ta’ partijiet oħra, iżda huwa importanti li jiġi enfasiżżat li l-materjal ipproduċut kien kollu maħluq u mogħti mill-ambaxxaturi taż-żgħażagħ stess.

Żgħażagħ ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja ppreżentaw l-istorja tagħhom relatata mad-drittijiet tal-bniedem, permezz ta’ intervista.  Barra minn hekk, l-kampanja inkorraġġiet żgħażagħ li huma segwaċi tal-midja soċjali ta’ Aġenzija Żgħażagħ, sabiex ikunu involuti huma stess f’din il-kampanja, minħabba l-fatt li l-kampanja stess pprovdiet sorsi interattivi fejn iż-żgħażagħ setgħu jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom, li konsegwentament twassal għal ftuħ ta’ diskussjoni.

Kull ġimgħa, il-kampanja enfassizat dritt uman differenti u ffokat fuq kwistjonijiet relatati mad-dritt uman magħżul. Kull dritt tal-bniedem rrikonoxxut kien jiġi ppromwovat ukoll f’avveniment partikolari marbut ma’ dak ix-xahar speċifiku eż:  fit-28 ta ’April id-dinja ċċelebrat il-Jum Dinji għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol – allura d-dritt tal-bniedem magħżul kellu jkun marbut max-xogħol.

Din il-kampanja wriet li kienet ta’ suċċess u ta’ impatt pożittiv peress li ġiet segwita minn u impenjat ħafna żgħażagħ kemm onlajn kif ukoll offlajn.

Leave a comment