L-Aġenzija Żgħażagħ, membru attiv fi ħdan l-Eurodesk, l- EYCA u l-ERYICA,
ħadet rwol attiv fil-kampanja maħluqa minn ERYICA ‘ Climate changes. Truth doesn’t’.
Minbarra d-distribuzzjoni ta’ varjeta ta’ riżorsi pprovduti minn ERYICA bil-għan li jappoġġjaw u jippromwovu din il-kampanja, Aġenzija Żgħażagħ involviet id-detenturi tal-Karta Żgħażagħ (9000+) f’serje ta’ kwestjonarji li kollha jirrelataw mat-tibdil fil-klima kif ukoll mar-riperkussjonijiet li ħolqot din il-pandemija tal-Coronavirus. Dan ġiegħel liż-żgħażagħ sabiex jaħsbu u jirriflettu b’mod kritiku dwar waħda mill-aktar temi t’importanza tad-deċennju l-ġdid : l-Emerġenza Klimatika.
Din l-inizjattiva twettqet permezz ta’ OPIN – Pjattaforma għall-Parteċipazzjoni Elettronika taż-Żgħażagħ fl-Ewropa
(https://opin.me/en/).
Ir-riżultati finali ġew mxerrda ma’ organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ differenti, aġenziji oħra taż-żgħażagħ u professjonisti li jaħdmu fil-qasam, fuq pjattaformi differenti tal-midja soċjali kif ukoll ma’ detenturi tal-Karta Żgħażagħ, bil-għan li tinħoloq kuxjenza relatata mal-bidla fil-klima.