Scroll Top
sejħa għall-attivist żgħażagħ
kun parti mill-proċess ta' bidla fl-ue u assigura li mexxejja politiċi jisimgħu l-vuċi taż-żgħażagħ
Qegħdin nfittxu attivisti żgħażagħ sabiex ikunu jistgħu jwasslu l-opinjonijet ta’ żgħażagħ oħra bħalhom lil dawk l-persuni responsabbli mit-teħid ta’ deċiżjonijiet fuq bażi Ewropea.
L-Ewropa tinsab fi stadju ta’ bidla: permezz tal-Konferenza dwar l-Futur tal-Ewropa li l-Ewropa stess hi msieħba fija, aħna rridu niżguraw li l-opinjonijiet taż-żgħażagħ qegħdin jiġu kkunsidrati.

X'hemm lest għalik?

Inti se tkun il-wiċċ tal-moviment f’pajjiżek u fl-Ewropa. Inti se tiżgura li n-nies se tisma’ u tipparteċipa.

Se tiltaqa’ u taħdem ma’ dsatax-il żagħżugħ/a minn pajiżi differenti fl-Ewropa sabiex toħolqu d-differenza meħtieġa

Se tiltaqa’ ma’ politikanti diversi u tkun tista’ twassal l-messaġġ taż-żgħażagħ madwar l-Ewropa

Se tiltaqa’ ukoll ma’ dawk l-persuni responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet u tgħidilhom x’għandhom ikunu l-prijoritajiet tagħhom

Se ngħinuk twettaq u torganizza attivitajiet li jgħinu sabiex l-opinjonijiet taż-żgħażagħ ikunu mismugħa

Se ngħinuk tikseb ħiliet ġodda u għarfien importanti għal karriera tiegħek

Se jkollok l-opportunita’ li tivvjaġġa f’diversi postijiet madwar l-Ewropa (diment li r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar jippermettu); l-ispejjeż kollha huma koperti

X'jiġifieri tkun attivist żagħżugħ/a?

Inti se tkun l-wiċċ tal-moviment; wieħed mill-20 mexxej tiegħu madwar l-Ewropa. Dan ifisser li ritratti u filmati tiegħek se jkunu qegħdin jidhru fuq l-websajt tal-moviment kif ukoll fuq l-midja soċjali.

Se nkunu qegħdin ngħallmuk t-tricks kollha marbuta mad-dinja tal-midja soċjali. Se tkun tista’ toħloq kontenut fuq l-websajt u l-midja soċjali tal-moviment – artikli ta’ blog, filmati, memes, posts fost oħrajn.

Se tkun tista’ torganizza avvenimenti u attivitajiet fuq livell nazzjonali  permezz tal-għajnuna offruta minnha;

Permezz tal-għajnuna tagħna, se tkun tista’ torganizza dibattiti bejn iż-żgħażagħ u politikanti fl-UE.

Kif tista' tapplika?

Trid tkun bejn 18 u 29 sena.
Minħabba l-fatt li se tkun qiegħed taħdem ma’ żgħażagħ minn pajjiżi oħra fl-ewropa, l-użu ta’ Ingliż tajjeb huwa neċessarju.
Jekk għandek esperjenza fl-organizzar ta’ avvenimenti fl-iskola, fil-lokalita tieħek jew a bażi nazzjonali, nħeġġuk tapplika! Jekk le, nissuġerulek aktar sabiex tapplika!
l-importanti huwa l-motivazzjoni tiegħek li titgħallem aktar dwar l-UE U TISTINKA BIEX TAGĦMEL D-DIFFERENZA
trid tkun kommess li tallokka l-ħin tiegħek fuq mhedda ta’ 12-il xahar għal din is-sejħa. Trid tkun disponibbli għas-sessjoni ta’ taħriġ li ser sseħħ lejn l-aħħar ta’ marzu 2021
Trid ikollok għarfien bażiku fir-rigward ta’ diversi mezzi ta’ komunikazzjoni, bħal ikollok kont ta’ facebook, instagram, twitter u snapchat.  Li jkollok kont ta’ youtube u tiktok se jgħinu ħafna ukoll.
You should be comfortable with being one of the faces of the movement, your pictures and videos
will be featured on the movement website.

Għal aktar informazzjoni, agħfas hawn 

Leave a comment