Scroll Top
Benefiċċji u opportunitajiet tal-Karta żgħazagħ
Segwi hawnhekk!

L-Aġenzija Żgħażagħ, bħala l-aġenzija nazzjonali taż-żgħażagħ f’Malta dejjem tiddentifika modi biex toħloq inizjattivi li jippermettu liż-żgħażagħ jirċievu informazzjoni affidabbli, jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom u barra minn hekk tippromwovi inizjattivi li jħeġġu liż-żgħażagħ biex ikunu involuti b’mod attiv fis-soċjeta’.

Fost il-proġetti li tmexxi l-Aġenzija Żgħażagħ, iż-żgħażagħ għandhom il-possibbiltà li jsegwu programm onlajn, ‘Insta Point’, li jinvolvi diversi mistiedna ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja, li flimkien mal-ospitant li huwa ukoll wieħed mill-ħaddiema żagħżagħ fi ħdan l-Aġenzija Żgħażagħ Roderick Borg, jiddiskutu u jidħlu f’temi differenti orjentati lejn iż-żgħażagħ.

Waqt waħda mill-intervisti waqt l-programm Insta Point, is-Sur Mark Borg (membru tal-Bord taż-Żgħażagħ preċedenti tal-EYCA) u s-Sur Manel Sanchez (Direttur tal- EYCA) ġew mistiedna jaqsmu mat-telespettaturi l-vjaġġ tagħhom fin-netwerk tal-EYCA. Mark, qasam l-esperjenza tiegħu bħala membru tal-bord taż-żgħażagħ fi ħdan l-EYCA filwaqt li spjega wkoll x’inhi l-funzjoni ewlenija tal-bord taż-żgħażagħ. Is-Sur Sanchez, ta stampa wiesgħa u ċara tal-għanijiet u l-oġġettivi tal-Assoċjazzjoni Ewropeja tal-Karta Żgħażagħ.

Leave a comment